L-avvizi tal-parroċċa 27 ta' Settembru 2009 - is-26 Ħadd matul is-sena

Minn għada it-Tnejn il-quddiesa tat-8.00 a.m. terġa tibda tkun fit-7.45 a.m.

Nhar it-Tlieta se jibdew il-laqgħat tal-Fergħa Nisa ta’ l-Azzjoni Kattolika fid-9.00 a.m. fiċ-Ċentru Pastorali. In-nisa kollha huma mistiedna biex jattendu għal dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni.

Nhar it-Tlieta wkoll se jerġa jibda jiltaqa’ l-Grupp tar-Romol. Il-laqgħat ikunu darba fix-xahar u jkunu fl-4.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.

Nhar  i l-Ħamis se ssir laqgħa importanti ħafna għaż-żgħażagħ minn 16-il sena ‘l fuq. Matul din il-laqgħa se jiġi diskuss is-suġġett : Id-droga kissritni, Kristu rebaħli. Din il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Pastorali fit-8.00 p.m. Inħeġġu ħafna liż-żgħażagħ biex jattendu.

Nhar il-Ħamis ukoll se jerġgħu jibdew l-adorazzjonijiet fis-Seminarju b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Bħas-soltu l-adorazzjoni tagħlaq bil-quddiesa flimkien mas-Seminaristi. Infakkru li għal din l-adorazzjoni qed jiġi organiżżat trasport li jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m.

Nhar il-Ħamis jibda x-xahar t’Ottubru, ix-xahar iddedikat lir-rużarju Mqaddes. Inħeġġu ħafna ħalli din it-talba hekk għażiża tingħad fil-familji tagħna. Fil-knisja  parrokkjali  ir-rużarju jingħad wara l-quddiesa tas-6.00 u tat-7.45 a.m. Fis-6.00 p.m. jingħad quddiem Ġesu Sagramentat Espost u tingħata l-Barka Sagramentali.  Navżaw ukoll li l-Fratellanza tar-Rużarju se torganiżża r-Rużarju kuljum fis-7.30 p.m. fil-Kappella ta’ San Ġakbu.

Nhar il-Ħamis ukoll, il-quddiesa ta’ figħaxija se tkun b’suffraġju ta’ dawk ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Settembru li huma: Katarina Camilleri, Victoria Farrugia, George Camilleri, Ġużeppi Vella, Ċensu Cachia u Gużeppi Zammit. Il-familjari huma mistiedna għal din il-quddiesa.

Nhar il-Ġimgħa se ssir laqgħa importanti ħafna għas-single parents kollha jiġiferi dawk separati, nisa li qed irabbu weħidhom u dawk romol. L-iskop ta’ din il-laqgħa huwa biex nisimgħu il-weġgħat tagħkom u naraw kif il-parroċċa tista’ tkun ta’ għajnuna. Il-laqgħa se ssir fis-6.30 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.

Dawk il-persuni kollha li kienu jattendu ċ-Ċentru ta’ l-Azzjoni Kattolika – il-YCAK jew kif inhu magħruf bħalissa iz-ZAK, huma mistiedna għal-Re-union li ser issir fiċ-Ċentru ta’ Triq San Mikiel, nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru. Din ir-Re-union ser tibda fis-7.30 pm b’Quddiesa u wara jkun hemm xi attivitajiet u ħin ta’ soċjalizzazzjoni.

Nhar is-Sibt li ġej se jsir tqassim ta’ kupuni għal yoghart, mozzarella u ħalib xkumat kif ukoll  tqassim ta’ żokkor. Dan it-tqassim se jsir mill-garaġe tad-dar ta’ l-Arċipriet fi Triq San Mikiel bejn id-9.00a.m. u 12.00. Huma  intitolati għal dawn l-affarijiet dawk li għandhom pensjoni ta’ l-eta, pensjoni ta’ persuni b’disabilita’ fiżika, mentali jew nieqes mid-dawl, għajnuna soċjali għal xebba omm, għajnuna soċjali tal-qgħad, għajnuna soċjali u benefiċċju soċjali tal-qgħad.

Min-nhar il-Ħadd li ġej se jerġgħu jibdew il-laqgħa ta’ formazzjoni Biblika fiċ-Ċentru Pastorali. Dawn il-laqgħat isiru kull l-ewwel u tielet Ħadd tax-xahar u bħas-soltu  jitmexxew  minn Dun Karm Attard. Dawk li qed jattendu  bħalissa, jafu kemm dawn  il-laqgħat huma interessanti. Għalhekk inħeġġu biex iktar nies jattendu. Il-laqgħa tkun bejn l-10.00 u l-11.00 a.m.

Nhar il-Ħadd li ġej ukoll se ssir adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu organiżżata mill-Fratellanza tas-S.S. Sagrament. Huwa fid-dmir tal-fratelli li jattendu.

Nhar il-Ħadd ukoll niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fis-6.00 p.m. issir quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu.

Nerġgħu infakkru  fit-tour għas-Sinai li se jsir f’Diċembru bejn is-7 u 17 ta’ Diċembru li ġej. Dan it-tour qed jiġi organiżżat mill-parroċċa tagħna flimkien mal-parroċċa taz-Zejtun għalhekk  in-numru huwa limitat. Dawk interessati jistgħu  jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Nitolbu għal Ġużeppi  Zammit li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)