Avvizi tal-parroċċa 19/20 ta' Settembru - 25 Ħadd matul is-sena B

Avviżi – 25 Ħadd ta’ matul is-Sena B

 

Illejla (għada) niċċelebraw il-festa ta’ Santu Rokku: fil-Quddiesa tas-6pm issir il-priedka fuq Santu Rokku u wara ssir proċessjoni. Il-Quddiesa u l-proċessjoni ser tkun immexxija mill-Kanonku Onorarju Dun Karm Busutill.

 

Is-Superjur tal-Museum tas-Subien javża li t-tfal subien minn Year 1 sa Year 5 se jibdew il-klassijiet il-ġodda tal-katekiżmu nhar it-Tlieta li ġejjin 22 ta’ Settembru.

It-tfal ta’ Year 1, Year 2, u Year 3 jibdew fil-5 pm; filwaqt li t-tfal ta’ Year 4 u Year 5 jibdew fis-sitta neqsin kwart ta filgħaxija (5.45pm). It-Tagħlim tal-katekiżmu għas-subien se jkun nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis.

 

 Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru, fis-7 pm ser issir siegħa Adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġakbu. Din ser tkun immexxija mill-Azzjoni Kattolika, Mixja ta’ Fidi, u mit-Terzjarji Karmelitani.

 

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru, fis-7.30pm, fil-Knisja ta’ Bubaqra ser issir laqgħa għal kulħadd bit-tema’: “In-nanniet u tfal ta’ tfal”. Il-laqgħa ser tkun immexxija minn Frans Chircop.

 

Nhar il-Ġimgħa wkoll se jsir seminar għall-membri kollha tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Is-seminar se jsir fiċ-Ċentru Pastorali, jibda fis-7.30 p.m. u se jitmexxa minn Sr. Mariella Agius.

 

Dawk il-persuni kollha li kienu jattendu ċ-Ċentru ta’ l-Azzjoni Kattolika – il-YCAK jew kif inhu magħruf bħalissa iz-ZAK, huma mistiedna għal-Re-union li ser issir fiċ-Ċentru ta’ Triq San Mikiel, nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru. Din ir-Re-union ser tibda fis-7.30 pm b’Quddiesa u wara jkun hemm xi attivitajiet u ħin ta’ soċjalizzazzjoni.

 

Il-Grupp Fund Raising ser jorganizza Coffee Morning fis-7 ta’ Ottubru 2009. Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Grupp tal-Fund Raising.

 

Nitolbu għal ħutna Ġużeppi Vella u Vincent Cachia li għaddew għal ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej.....


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)