5/6 ta' Settembru 2009 : it-23 Ħadd Matul is-sena B

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

5/6 ta' Settembru 2009

Filwaqt li nkomplu biċ-ċelebrazzjoni solenni tal-festa titulari ta’ S. Katarina V.M. infakkru li għada jkollna quddies filgħodu  fis-6.00, fis-7.00 u fit-8.15. Fid-9.30 a.m. quddiesa solenni bil-paniġierku. Ikollna quddiesa oħra f’11.45 a.m. u quddiesa oħra fil-5.00 p.m. Fis-6.00 p.m. għasar solenni u purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Katarina V.M.

Infakkru li għada ma jsirx tqarbin tal-morda. It-tqarbin isir nhar it-Tlieta u jmiss il-morda ta’ l-inħawi tal-Bajjada.

Nhar it-Tlieta niċċelebraw il-festa tat-Twelid tal-Madonna. Jixraq li nqaddsu dan il-jum bil-quddies. Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ fost il-ġimgħa.

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Settembru se ssir laqgħa ta’ talb fil-kappella ta’ Bubaqra. Il-laqgħa tibda fis-7.00 p.m.

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar t’Awwissu li huma: Carmela Mangion, Wigi Farrugia, Ganni Camilleri u Marianu Caruana. Il-familjari huma mħeġġa biex jattendu.

Nhar is-Sibt se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tal-kleru u talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa ta’ l-Ibraġġ. L-adorazzjoni bħas-soltu tibda fl-9.45 p.m.bil-quddiesa.

Bejn il-Ħamis 10 ta’ Settembru u s-Sibt 19 ta’ Settembru l-Arċipriet se jkun nieqes mill-parroċċa għal ftit jiem ta’ vaganzi. Dun Raymond Cassar se jkun jieħu ħsieb il-parroċċa matul dan il-perijodu.

Għanda pjaċir inħabbru li Dun Karm Busuttil ġie maħtur Kanonku Onorarju tal-Kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt. Minn qalbna nifirħulu u nawgurawlu ‘ad multos annos’.

Il-membri bniet tal-MUSEUM  jixtiequ javżaw li minħabba laqgħat tal-katekisti bit-tħejjija għas-sena kateketika li se tibda dalwaqt, it-tfal bniet se jerġgħu jibdew id-duttrina nhar it-Tnejn 28 ta’ Settembru.

Min nhar l-Erbgħa 9 ta’ Settembru sat-Tnejn 28 ta’ Settembru, residenti minn 55 sena ‘l fuq jistgħu imorru jinkitbu fl-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali biex ikunu jistgħu jieħdu it-tilqima ta’ l-influwenza. Kull min imur jinkiteb hu mitlub li jieħu il-karta ta’ l-Identita.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Katarina Camilleri u Victoria Farrugia. Agħtihom...

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)