AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
22/23 t’Awwissu 2009
Nhar il-Ġimgħa se ssir l-aħħar quddiesa animata mit-tfal tal-parroċċa. It-tfal għandhom iġibu magħhom il-card tal-firem. Wara l-quddiesa se jingħataw hotdogs lit-tfal preżenti.
Il-Grupp ta’ l-Anzjani jixtiequ jfakkru lil dawk li għandhom qraba fir-residenza ta’ San Vincenz u jixtiequ jiġu għall-quddiesa tal-morda u anzjani fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Katarina, infakkruhom li għandhom javżaw lill-istaff ta’ l-istess residenza biex iġibuhom.
Bħalissa beda jsir ix-xogħol ta’ preparazzjoni fuq id-Djarju Parrokkjali għas-sena 2010. Dawk li jixtiequ jiddedikaw paġna ta’ suffraġju fid-Djarju Parrokkjali jistgħu jagħmlu dan minn issa ‘l qudidem. Infakkru li kull paġna tiswa €17.
Nhar il-Ħadd li ġej il-Kor Parrokkjali ‘Cantate Domino’ jiċċelebra it-53 sena mit-twaqqif tiegħu minn Dun Mikiel D’Amato. Il-quddiesa tad-9.30 a.m. tkun bl-intenzjoni speċjali ta’ ringrazzjament kif ukoll b’suffraġju tal-membri mejtin tal-Kor Parrokkjali.
Nhar il-Ħadd li ġej nagħtu bidu solenni tal-festa titulari ta’ Santa Katarina V.M. Fil-5.30 p.m. isir għasar kantat, fis-6.00 p.m. quddiesa bl-omelija minn Dun Karm Busuttil, fis-7.00 p.m. messaġġ tal-festa mill-Arċipriet, kurunella u jsir il-ħruġ solenni ta’ l-Istatwa ta’ Santa Katarina li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna. Il-Kor parrokkjali ikanta l-Innu, l-antifona u l-Innu Popolari, ssir it-talba tal-litanija lil Santa Katarina, ċelebrazzjoni Ewkaristika u bews tar-relikwija.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Marianu Caruana u Ganni Camilleri. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 2 days ago
36 weeks 3 days ago
37 weeks 6 days ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago