Avvizi tal-parroċċa: 15 /16 t'Awwissu 2009, l-20 Ħadd matul is-sena B

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

15/16 t’Awwissu 2009

 

Nerġgħu infakkru li kuljum il-quddiesa ta’ filgħaxija qed tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa. Inħeġġu biex iktar tfal u ġenituri jieħdu sehem f’din il-quddiesa.

Infakkru wkoll li kull nhar ta’ Ġimgħa il-parroċċa toffri servizz ta’ podoloġista bla ħlas. Dawk l-anzjani li jixtiequ jibbenefikaw minn dan is-servizz għandhom jikkuntattjaw fl-Uffiċċju parrokkjali għall-appuntament.

Nhar il-Ġimgħa l-Grupp Familji Bubaqra se jagħmel laqgħa oħra din id-darba bis-suġġett: L-Ikel u s-Sajf. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m. u se titkellem it-tabiba Maria Sciberras.

Nhar il-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd l-abbatini tal-parroċċa se jkunu tlett ijiem ‘live in’ is-Seminarju. Il-‘live in’ huwa mezz biex l-abbatini isiru jafu iktar lil xulxin u fl-istess ħin jirrikreaw ruħhom b’mod nisrani. Inħeġġu lill-abbatini kollha biex jattendu għal-live in.

Nitolbu għal ħuna Wiġi Farrugia li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.  Agħtih...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)