Avvizi tal-Parroċċa - 1/2 t'Awwissu 2009 it-18-il Ħadd matul is-sena B

1/2 t’Awwissu 2009

 

Bħalissa qed jitqassam il-magażine ‘Flimkien’ u miegħu qed jitqassam ukoll l-envelope lil kull familja għall-festa ta’ ġewwa ta’ Santa Katarina għal din is-sena. L-envelope tistgħu iġġibuh magħkom il-knisja jew tgħadduh lil dawk li jqassmu l-magazine ‘Flimkien’ Navżaw ukoll li  l-albural għall-festa ta’ Santa Katarina huwa miftuħ. Infakkru kemm spejjeż fiha l-festa u għalhekk inħeġġu lil kulħadd għall-ġenerosita’ tiegħu.  Tistgħu tagħmlu l-offerta tagħkom ta’ l-albural lil xi saċerdot mill-parroċċa jew tiġu fl-uffiċċju parrokjali. Ma’ kull offerta tingħata irċevuta u tifkira ċkejkna.

Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.30 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.

Nhar it-Tlieta taħbat il-festa ta’ San Ġwann Maria Vianney li l-Papa ddikjarah bħala l-qaddis patrun tas-saċerdoti kollha f’din is-sena ddedikata lis-saċerdoti. Għalhekk nhar it-Tlieta se ssir laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ San Publiju l-Furjana u għaliha hu mistieden kulħadd. Il-laqgħa tibda fit-8.00 p.m. u tispiċċa fid-9.00 p.m.

Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ Bubaqra. Il-laqgħa tibda fis-7.15 p.m.

Nhar il-Ħamis il-membri tal-MUSEUM se jorganiżżaw ‘sight seeing tour’ madwar Malta għat-tfal tal-parroċċa. Dawk it-tfal li jixtiequ jiġu għal dan it-tour jistgħu jinkitbu fil-MUSEUM tas-subien jew tal-bniet. Il-ħlas huwa ta’ €5. Il-ħin tat-tour huwa mill-5.00 sad-9.00 p.m.

Nhar il-Ħadd li ġej Fr Luke Seguna li kien fostna matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, se jmexxi quddiesa konċelebrata speċjali fil-11.00 a.m. Din il-quddiesa se ssir biex flimkien nirringrazzjaw lil Alla għas-saċerdozju ta’ Fr Luke. Wara l-quddiesa Fr Luke se jkun fiċ-Ċentur Pastorali għal dawk li jixtiequ jiltaqgħu miegħu.

F’Ottubru li ġej se jerġa jsir kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ għall-għarajjes. Dawk li jixtiequ jattendu għal dan il-kors għandhom jiġu fl-uffiċċju parrokkjali ħalli jimlew formola apposta.

Nhar is-Sibt 8 t’Awwissu il-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu ġiet misiedna biex tieħu sehem f’pellegrinaġġ fl-istatwa restawrata ta’ l-Assunta fl-Imġarr Malta. Dawk il-fratelli li jixtiequ jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ għandhom jikkuntattjaw lil xi ħadd mill-kumitat tal-Fratellanza. Tluq mill-venda fl-4.30 p.m. Se jmexxi l-pellegrinaġġ l-E.T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex.

Nitolbu għal ħuna Salvu Mifsud li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)