Avviżi tal-Parroċċa: 25/26 ta'Lulju 2009 - is-17-il Ħadd matul is-sena

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

25/26 ta’ Lulju 2009

 

Filwaqt li nkomplu bil-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-parroċċa tagħna infakkru li għada (illum) il-quddies ikun fis-6.00, 7.00, 8.00 ta’ filgħodu. Fid-9.00 quddiesa konċelebrata solenni bil-paniġiereku. Fil-11.15 a.m. u fil-5.00 p.m. ikollna quddies lett bl-omelija. Fis-6.00 għasar solenni tal-Festa u fis-7.15 purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu immexxija minn Fr Luke Seguna. Mad-dħul tal-purċissjoni Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.

Min-nhar it-Tlieta il-quddiesa ta’ filgħaxija terġa tibda tkun animata mit-tfal tal-parroċċa immexxija mill-membri tal-MUSEUM.

Nhar il-Ħamis fis-7.30 p.m. se ssir laqgħa għal dawk il-familji kollha li applikaw biex jieħdu sehem fil-proġett ta’ l-Istola. Infakkru li  l-iskop tal-proġett ta’ l-istola huwa biex il-familji fil-parroċċa jitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Iktar minn 90 familja applikaw biex jieħdu sehem f’dan il-proġett. Dawk li m’applikawx u jixtiequ jiġu għal-laqgħa ta’ nhar il-Ħamis, jistgħu jiġu ukoll. Il-laqgħa se tkun fiċ-Ċentru Pastorali.

Nhar il-Ħadd li ġej il-Fratellanza tas-S.S. Sagrament u tal-Qalb ta’  Ġesu se torganizza ħin ta’ adorazzjoni fil-Kappella ta’ San  Ġakbu. L-adorazzjoni tibda fid-9.15 a.m.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: M’Claire Casha Kenyon u Salvina Briffa. Agħtihom

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)