L-Omelija fil-Quddiesa

Suġġet ġdid għall-Forum huwa L-Omelija fil-Quddiesa.   Nixtiequkom ħafna tikkummentaw fuq dan is-suġġett u tkunu sinċieri fil-kummenti tagħkom.  L-iskop huwa li bil-kummenti tagħkom naraw nistgħux intejbu l-omelija biex  tkun aktar effettiva, u għalhekk suppost tħalli aktar frott spiritwali


Adrian Agius (not verified) | Sun, 29/11/2009 - 17:54

Ghalija dan il-mument huwa mument uniku li il-Knisja ghanda, probabilment darba fil-gimgha biex twassal il-valuri ta' Kristu lilna l-Insara. Ghaldaqstant ghandi zewg suggerimenti li nixtieq inwassal:- 1. Kull celebrant tal-quddiesa ghandu stil partikolari li jista' jolqot lili u forsi jolqot xi ftit inqas li persuna ohra. Fl-opinjoni tieghi kull gimgha ghanda tigi ppublikata fuq il-website il-lista tac-celebranti u l-quddies li ser jiccelebraw. B'dan il-mod ahna li nattendu ghall-quddies inkunu nistghu niehdu l-ahjar mill-quddiesa tal-hadd. 2. Nixtieq nara aktar uzu tal-multimedia waqt l-omelija, perezempju ic-celebrant jista' juza' il-projection system li diga hemm installata fil-knisja biex perezempju jintwera video qasir biex iservi ta' xprun ghas-suggett ta' l-omelija. B'dan il-mod nemmen li il-messagg ikun jista' jitwassal b'mod ahjar. Prosit hafna u komplu sejrin hekk.
»

Anonymous (not verified) | Sat, 26/12/2009 - 19:28

Naqbel hafna ma dan is-suggeriment li jintuza l-multimedia ghal fini tal-omelija. Illum tista ssib eluf ta videos qosra minn fuq l-internet li jistghu jintuzaw bhala suggeett ghall omelija. Dan il-mod zgur li jghin lil dawk li forsi jiddejqu fl-omeliji biex jifhmu s-suggett u jiehdu xi haga. Jistghu jintuzaw anke muzika sabiha li tinstab fuq l-internet li jaghtu fohrija l'Alla. Grazzi hafna u keep it up.
»

Fiorella Mifsud Saydon LL.D (not verified) | Wed, 30/12/2009 - 13:02

Jiena nahseb illi jekk is-sacerdot jipprepara l-priedka bil-ghaqal u l-udjenza li jkollu tkun wahda qalbha miftuha ghall-ispjegazzjoni tal-Kelma t'Alla, m'hemmx bzonn ta' accessorji bhal video clips biex izejnu l-omelija u biex il-poplu jifhem aktar. Il-Kelma t'Alla sabiha kif inhi. Forsi hemm bzonn li niffukaw iktar fuq il-kontenut ta' l-omelija, kemm min-naha tas-sacerdot u kemm min-naha ta' l-udjenza, u kif nistghu napplikawha ghal hajjitna. Xi kultant ahjar inzommu l-affarijiet semplici flok nikkumplikaw ghax videoclips u stampi iktar itellfu l-udjenza milli milli jghinuha.
»

Xandru (not verified) | Mon, 04/01/2010 - 18:31

Jiddispjacini ma naqbilx mieghek. Il-fatti jitkellmu mod iehor... Nhar l-ewwel tas-sena, fil-quddiesa ta filghaxija, l-Arcipriet, wera clip fuq il-bdil fil-klima bhala parti mill-omelija. In-nies fil-quddies veru apprezzawha u kien hemm iktar attenzjoni mis-soltu. Anke t-tfal kienu iktar attenti... u fejn is-soltu jitilfu l-attenzjoni, din id-darba baqgh attenti, ghallinqas sakemm spicca l-clip. Anke n-nies in generali smajthom jikkumentaw fuq dak li raw - prova li meta l-interazzjoni tkun fuq iktar minn livell wiehed, il-messagg jasal iktar. Nixtieq nghid prosit u grazzi lill Arcipriet li ghamel omelija tal-genn, bi clip addatt ghall-okazzjoni. Grazzi u prsoit. Keep it up. Ahna nitolbu ghalikom.
»

Post new comment

The content of this field is kept private and will not be shown publicly.

More information about formatting options

CAPTCHA
This question is for testing whether you are a human visitor and to prevent automated spam submissions.
  .d8888b.   888b    888   .d8888b.   888 
d88P Y88b 8888b 888 d88P Y88b 888
888 88888b 888 Y88b. d88P 888
888d888b. 888Y88b 888 "Y88888" 888
888P "Y88b 888 Y88b888 .d8P""Y8b. 888
888 888 888 Y88888 888 888 888
Y88b d88P 888 Y8888 Y88b d88P 888
"Y8888P" 888 Y888 "Y8888P" 888


Enter the code depicted in ASCII art style.
« September 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
27282930

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)