AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
18/19 ta’ Lulju 2009
Illum f’nosinhar isir il-ħruġ solenni tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu u titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna. Isir diskors mill-Arċipriet, tingħad il-kurunella, antifona u jitkanta l-Innu Omm u Ġmiel tal-Karmelu. Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Cantate Domino’.
Għada it-Tnejn il-quddiesa ta’ figħaxija tkun animata mill-membri tal-MUSEUM. Wara l-Evanġelju ssir ‘play’ fuq il-Madonna.
It-Tlieta huwa Jum il-Fratellanza u fil-quddiesa ta’ filgħaxija ssir il-professjoni ta’ fratelli u sorelle ġodda kif ukoll it-tiġdid tal-wegħdi tal-Professjoni mill-membri attwali fil-fratellanza.
Nhar l-Erbgħa Jum it-Tfal u fil-quddiesa ta’ filgħaxija issir il-preżentazzjoni u tberik tat-tfal lill-Madonna. Wara l-quddiesa tingħata l-Barka Sagramentali.
Nhar il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt huma jiem tat-Tridu bi tħejjija għall-Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Nhar il-Ħamis nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Matul il-ġranet tat-tridu fis-6.00 jinkanta l-Għasar tal-Madonna, fis-6.30 quddiesa bil-priedka tat-Tridu minn P. Renald Lofreda Kappillan tal-parroċċa tal-Fgura. Wara l-quddiesa ċelebrazzjoni Marjana fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu: tingħad il-kurunella, innu, antifona, issir it-translazzjoni tar-Relikwija tal-Madonna għall-Altar Maġġur fejn issir ċelebrazzjoni Ewkaristika u barka sagramentali.
Nhar il-Ġimgħa fid-9.15 a.m. issir quddiesa għall-anzjani u l-morda immexxija minn P. Djonisju Mintoff.Dawk l-anzjani u morda li se jkollhom bżonn transport għal din il-quddiesa għandhom javżaw fl-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa. Filgħaxija kollox bħall-jum ta’ qabel. Navżaw li nhar il-Ħamis u nhar il-Ġimgħa se jkollna konfessur barrani għall-qrar.
Nhar is-Sibt ikollna saċerdoti barranin għall-qrar mid-9.00 sal-11.00 a.m. u mill-4.30 sas-6.00 p.m. Fis-6.00 p.m. Għasar u fis-6.30 quddiesa konċelebrata bil-priedka tat-tridu. Wara l-quddiesa issir iċ-ċelebrazzjoni marjana fuq l-altar tal-Madonna tal-Karmnu, translazzjoni tar-relikwija għall-altar maġġur, jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħadd Jum il-Festa jkollna quddies fis-6.00, s-7.00 u fit-8.00a.m. fid-9.00 a.m. quddiesa konċelebrata solenni immexxija minn Fr Glen Buhagiar u wara l-Vanġelu jinseġ il-paniġeirku l-W.R. Kan. Dun Ġorġ Bezzina. Fil-11.15 a.m. u fil-5.00 p.m. quddies lett, fis-6.00 p.m. Għasar solenni u purċissjoni immexxija mis-saċerdot novell Fr Luke Seguna. Mad-dħul tal-purċissjoni titkanta l-antifona, kurunella u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 2 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago