12/13 ta' Lulju 2009 - 15-il Ħadd matul is-sena B

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

12/13 ta’ Lulju 2009

 

Nerġgħu infakkru li minn għada it-Tnejn il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun animata mit-tfal tal-parroċċa bil-għajnuna tal-membri bniet tal-MUSEUM. Inħeġġu lit-tfal kollha tal-parroċċa biex jieħdu sehem f’din il-quddiesa kuljum.

Bħal kull sena fi żmien il-festi ta’ Santa Katarina u l-Madonna tal-Karmnu issir quddiesa speċjali għall-anzjani fil-granet tal-festa. IL-Ġrupp ta’ l-Anzjani tal-parroċċa javża lil dawk li għandhom lill-qrabathom fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule u jixtiequ li jġibuhom għall-festa, għandhom javżaw lill-istaff ta’ San Vincenz biex iġibuhom għal din il-quddiesa speċjali għall-anzjani u morda.

Nerġgħu infakkru wkoll fis-servizz ta’ poloġista għall-anzjani kull nhar ta’ Ġimgħa. Dawk l-anzjani li jixtiequ jibbenefikaw minn dan is-servizz għandhom jibbukkjaw fl-uffiċċju parrokkjali.

Nhar il-Ħamis huwa l-Jum Liturġiku tal-Madonna tal-Karmnu. Wara l-quddiesa tat-8.00 a.m. tingħad il-kurunella.  Imbagħad nhar il-Ħadd jingħata bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu. F’nofsinhar isir il-ħruġ solenni tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna. Isir diskors mill-Arċipriet, tingħad il-kurunella, antifona u innu popolari.

Dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara ta’ Santa Katarina dakinhar tal-festa għandhom jiġbru l-applikazzjoni mill-Uffiċċju parrokkjali. L-applikazzjonijiet mimlija għandhom jaslu lura fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar il-Ġimgħa 7 t’Awissu. Fuq in-notice boards tal-knisja hemm ir-regolament maħruġa mill-Kurja dwar l-irfiegħ ta’ l-Istatwa ta’ Santa Katarina.

Nitolbu għal ħuna Ġanni Fenech li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...


« July 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)