Avviżi tal-Parroċċa : 13 -il Ħadd Sena B .

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

27/28 ta’ Ġunju 2009

 

Għada (nhar it-Tnejn) niċċelebraw is-solennita’ tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl. Għalkemm m’hemmx obbligu tal-quddies, jixraq li nqaddsu dan il-jum bil-quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ fost il-ġimgħa minbarra l-quddiesa tat-7.45 a.m. li tkun fit-8.00 a.m. Nhar it-Tnejn tagħlaq is-sena Pawlina b’ċelebrazzjoni djoċesana li se ssir fil-pjazza ta’ quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt. Din iċ-ċelebrazzjoni tinkludi quddiesa konċelebrata immexxija minn Mons Arċisqof u fiha se jieħdu sehem il-fratellanzi kollha. Navżaw li l-fratelli tas-Sagrament jitilqu f’pellegrinaġġ mill-knisja ta’ San Publiju fil-5.30 filwaqt li l-fratellanzi l-oħra jitilqu f’pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ San Pawl il-Belt fil-5.30 ukoll.

Nhar it-Tlieta il-grupp Romol tal-parroċċa jistieden lir-romol kollha għall-quddiesa ta’ filgħaxija li se tkun b’suffraġju tal-missirijiet mejtin. Din se tieħu post il-laqgħa li ssir kull xahar.

Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-7.15 p.m. u għaliha hu mistieden kulħadd.

Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir il-vestizzjoni u professjoni tat-terzjarji Karmelitani fil-quddiesa ta’ filgħaxija.

Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir l-aħħar minn sensiela ta’ taħdidiet għall-miżżewġin kollha. Is-suġġett ta’ din il-laqgħa se jkun: Ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u wliedhom adoloxxenti. Il-laqgħa se ssir fil-MUSEUM  tal-bniet fis-7.30 p.m. u se jmexxu FR Glen Buhagiar u Fr John Curmi flimkien ma’ grupp ta’ adoloxxenti. Il-miżżewġin kollha huma mistiedna għal din il-laqgħa interessanti.

Nhar il-Ħamis  il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ dawk ħutna kollha li mietu matul ix-xahar ta’ Ġunju li huma Anthony D’Alfonso, Emanuel Caruana u Katie Muscat.

Nhar il-Ġimgħa tmien żgħażagħ Maltin se jiġu ordnati saċerdoti minn Mons Arcisqof fil-konkatidral ta’ San Ġwann. Wieħed minn dawn iż-żgħażagħ huwa Fr Luke Seguna li għal din l-aħħar sena kien fostna bħala seminarista u djaknu. Il-quddiesa ta’ l-Ordinazzjoni tibda fis-6.30 ta’ filgħaxija u tkun ħaġa sabieħa li min jista’, jattendi. Minħabba l-ordinazzjoni, il-quddiesa ta’ Bubaqra nhar il-Ġimgħa tkun fis-7.00 a.m. Fr Luke se jagħmel l-ewwel quddiesa solenni tiegħu nhar it-Tlieta 7 ta’ Lulju fil-knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien fis-6.30 p.m. Għal din il-quddiesa se jiġi organizzat transport li jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m. Dawk li jixtiequ jiġu għal din il-quddiesa għandhom ikellmu lil Mrs Sivie Farrugia.

Is-Superjur tal-Museum jixtieq javza lill-genituri tat-tfal subien li minn din il-gimgha it-tfal minn Year1 sa Year 4 ikollhom taghlim fil-Museum kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Hamis mis-5:45pm sas-6:30pm. It-tfal minn Year 5 'il fuq ikollhom Museum kuljum, minbarra l-Erbgha, mis-6:45pm sat-8:00pm.

 

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej il-parroċċa tagħna se tkun mistiedna biex nagħtu d-demm. Bħalissa hemm bżonn urġenti ta’ demm u għalhekk ħdejn il-bibien tal-knisja hemm voluntieri lesti biex jieħdu l-appuntamenti tagħkom. L-għoti tad-demm ikun bejn it-8.30 a.m. u nofsinhar. Inħeġġu lil kull min iħossu f’saħħtu biex jagħti dan ir-riġal hekk prezzjuż.

Għandna pjaċir inħabbru li s-somma għar-restawr tat-tużell li jintrama għall-festa ta’ Santa Katarina hi miġbura kollha. Nirringrazzjaw lill-benefatturi kollha li taw sehemhom għal dan il-proġett u fuq kollox nirringrazzjaw lill- voluntieri li ħadu ħsieb jiġbru dan l-ammont sabieħ.

Il-parroċċa taż-Żejtun se torganiżża tour ieħor għas-Sinai f’Diċembru li ġej. Dawk li huma interessati f’dan it-tour jistgħu jieħdu iktar dettalji mill-uffiċċju Parrokkjali.

Nitolbu għal oħtna Katie Muscat li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Aħtiha...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)