AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
20/21 ta’ Ġunju 2009
F’egħluq it-32 sena mill-Ordinazzjoni saċerdotali ta’ l-Arcipriet, għada it-Tnejn filgħaxija se ssir quddiesa konċelebrata flimkien mas-saċerdoti sħabu li ġew ordnati saċedoti miegħu. Il-quddiesa tkun fis-6.30 p.m. fil-knisja parrokkjali.
Minn għada it-Tnejn se jibda l-ġbir bieb bieb mill-membri tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu. Il-ġbir se jkun għall-festa ta’ ġewwa tal-Madonna tal-Karmnu.
Nhar il-Ħamis se ssir l-aħħar laqgħa tal-Grupp ta’ l-Anzjani. Il-laqgħa se tkun quddiesa fl-Oratorju fid-9.00 a.m. Għalkemm se tkun l-aħħar laqgħa, imma l-istess grupp se jibda servizz ġdid għall-anzjani. Dan is-servizz huwa ta’ podoloġista, li jagħti kura lis-saqajn u jingħata lill-anzjani biss. Dan is-servizz se jkun kull nhar ta’ Ġimgħa bejn l-4.15 u l-5.15 p.m. fid-dar ta’ l-Arċipriet, u jibda nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju. Min huwa interessat li jagħmel użu minn dan is-servizz għandu jibbukkja fl-Uffiċċju Parrokkjali. Dan is-servizz se jingħata bla ħlas.
Se ssir siegħa adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġakbu nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju fis-7.00 p.m. L-adorazzjoni se titmexxa mill-Azzjoni Kattolika, it-Terzjarji Karmelitani u l-Ġrupp Mixja ta’ Fidi.
Nhar il-Ġimgha wkoll se ssir laqgħa ta’ formazzjoni organiżżata mill-Grupp Familji Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m. u se titkellem Ms Joyce Callus – councellor – fuq is-suġġett: Kif nifhmu lil uliedna adoloxxenti. Mistieden kulħadd.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej f’Malta se ssir il-ġabra għall-Papa. B’din il-ġabra ngħinu lill-Papa biex ikun jista jsaħħaħ aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali speċjalment permezz ta’ għotjiet ta’ karita mad-dinja kollha l-aktar ma’ ħutna fil-bżonn. Għalhekk inħeġġu lil kulħadd biex inkunu ġenerużi fl-offerti tagħna.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej ukoll l-abbatini tal-parroċċa se jorganiżżaw ‘open weekend’ fl-Oratorju fejn fost affarijiet oħra se jkun hemm wirja ta’ ritratti dwar il-ħidma ta’ l-abbatini matul is-snin kif ukoll ritratti tal-attivitajiet ta’ l-abbatini, se jkun hemm ukoll bejgh ta’ pjanti u affarijiet tal-ħelu. Għalhekk minn issa nagħmlu stedina l-ewwelnett biex nieħdu sehem f’din l-attivita’ u stedina oħra lill-ġenituri tat-tfal subien li għamlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena ħalli jħeġġu lill-uliedhom ikunu abbatini fil-parorċċa tagħna.
Din is-sena l-vestizzjoni u l-Professjoni tat-Terzjarji Karmelitani se ssir nhar l-Erbgħa 1 ta’ Lulju fil-quddiesa ta’ filgħaxija. Dawk li jixtiequ jissieħbu għandhom ikellmu lil Miss Carmen Farrugia.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
25 weeks 2 days ago
27 weeks 1 hour ago
28 weeks 5 days ago
29 weeks 3 days ago
29 weeks 3 days ago
30 weeks 1 day ago
30 weeks 5 days ago
34 weeks 4 days ago
37 weeks 4 days ago
1 year 1 week ago