Avvizi tal-Parrocca - 11-il Ħadd matul is-sena B

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

13/14 ta’ Ġunju 2009

Filwaqt li nkomplu biċ-ċelebrazzjoni solenni tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu infakkru li għada (il-lejla) fis-6.00 p.m. ikollna quddiesa konċelebrata solenni bl-omelija u wara purċissjoni li tgħaddi minn Triq il-Karmnu, Triq San Bert, Triq il-Ħaddiema, Triq P.P. Saydon u l-Knisja fejn tingħata il-barka sagramentali.

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa Solenni tal-Qalb ta’ Ġesu. Għalhekk nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu ġranet ta’ Kwaranturi. Ġesu Sagramentat ikun espost għall-adorazzjoni tagħna wara l-quddiesa tat-7.45 a.m. sal-quddiesa ta’ filgħaxija. Matul il-ġranet tal-kwaranturi se jkun hemm adorazzjonijiet organiżżati minn diversi gruppi. Dawn se jkunu fit-8.15 u fil-11.00 ta’ filgħodu u fit-3.30 u fil-5.00 p.m. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija Ġesu Sagramentat jerġa jiġi espost għal siegħa adorazzjoni oħra għal dawk li forsi ma jkollhomx ċans jagħmlu adorazzjoni matul il-ġurnata. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tal-kwaranturi se titmexxa minn Dun Anġ Vella. Nhar il-Ħamis u nhar Gimgħa l-adorazzjoni tagħlaq bil-kant ta’ l-Għasar tal-Qalb ta’ Ġesu. Nhar il-Ġimgħa, Jum il-Festa issir l-esposizzjoni tas-S.S. Sagrament il-ġurnata kollha u filgħaxija quddiesa konċelebrata solenni immexxija minn Dun Pawl Fenech u wara puriċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu. Inħeġġu lit-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina ħalli jiġu għal din il-purċissjoni bil-libsa tal-preċett. Navżaw li nhar il-Ġimgħa ma jkunx hemm quddiesa fil-knisja ta’ Bubaqra. Navżaw ukoll li nhar il-Ħamis se jkollna żewġ saċerdoti barranin għall-qrar mill-4.30 p.m.-il quddiem.

Nhar is-Sibt se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tas-saċerdoti u talb għall-vokazzjonijiet fil-knisja parrokkjali ta’ San Publiju l-Furjana. L-adorazzjoni tibda bil-quddiesa fl-9.45 p.m.

Nhar il-Ħadd huwa Jum il-Missier. Fil-kappella ta’ Bubaqra nhar is-Sibt u fil-Knisja parrokkjali nhar il-Ħadd fid-9.30 isiru quddies  li fihom se jkunu mistiedna l-missirijiet kollha. Nhar il-Ħadd fid-9.00 a.m. issir quddiesa fiċ-ċimiterju b’suffraġju tal-missirijiet mejtin midfuna fiċ-ċimiterju tal-parroċċa.

Navżaw li għada (illum) se tittellgħa l-polza għal dawk li se jerfgħu fil-vara tal-Madonna tal-Karmnu nhar il-festa. Din se ssir fl-Oratorju tal-knisja fl-10.30 a.m.

Se ssir laqgħa marjana fis-Santwarju tal-Madonna ta’ l-Għar ir-Rabat organiżżata mit-terzjarji Karmelitani. Din se ssir nhar it-Tlieta 23 ta’ Ġunju. Tluq mill-venda fis-6.00 p.m. Ikun hemm il-quddiesa.

L-Apostolat tal-Qari tal-Bibbja ‘Kliem-il Ħajja’ se jorganiżżaw laqgħa għad-distributuri ta’ Kliem-il Ħajja nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju fis-6.30 p.m. Din il-laqgħa tibda b’quddiesa u wara se jkun hemm ‘refreshments’.

Nitolbu għal Emmanuel Caruana li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtih...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)