Solennita tat-Trinita Qaddisa

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

6/7 ta’ Ġunju 2009

 

Il-Papa ħabbar li malli tispiċċa s-Sena Pawlina, tibda s-sena tas-saċerdoti. Din se tibda nhar il-Ħamis 18 ta’Ġunju. Matul din is-sena se nirriflettu ħafna fuq il-ħajja tas-saċerdot u nitolbu ħafna għall-vokazzjonijijet. Għalhekk fil-parroċċa tagħna ħsibna li nibdew proġett ġdid biex inħeġġu lill-familji  jitolbu għall-vokazzjonijiet. Dan il-proġett jikkonsisti filli tingħata stola – li hi parti mill-ilbies tal-qassis - lil dawk il-familji li jixtiequ jitolbu għall-vokazzjonijiet. Din l-istola tinżamm ġimgħa għand dik il-familja u l-ġimgħa ta’ wara l-istola tingħata lill-familja oħra. Dawk il-familji li jixtiequ li jidħlu f’dan il-proġett ta’ talb għall-vokazzjonijiet huma mitluba li jħallu isimhom fis-sagristija tal-knisja wara din il-quddiesa. Inħeġġu lill-familji kollha tal-parroċċa biex jissieħbu f’dan il-proġett ta’ talb għall-vokazzjonijet saċerdotali u reliġjużi li tant għandna bżonn.

Infakkru li għada (llum) il-fratellanza tas-S.S. Sagrament se tagħmel siegħa adorazzjoni għal kulħadd fil-kappella ta’ San Ġakbu. L-Adorazzjoni tibda fid-9.15 a.m.

Navżaw ukoll li għall-okkazjoni tal-festa ta’ Corpus li se niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej, il-kappella ta’ San Ġakbu se tibqa’ miftuħa fil-lejl ta’ bejn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej. Inħeġġu ħalli nsibu ftit ħin biex ngħadduh ma’ Ġesu Ewkaristija.

Nhar l-Erbgħa se ssir il-laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ Bubaqra. Il-laqgħa tibda fis-7.00 p.m.

Nhar il-Ħamis se jiltaqa’ l-grupp ta’ l-anzjani fl-Oratorju tal-knisja. Il-laqgħa tibda fid-9.00 a.m. u se titmexxa minn Ms Sharon Cutajar, occupational therapist.

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu fil-Kappella tan-Nigret.Fis-6.00 p.m. ssir quddiesa solenni bil-priedka minn Dun Gorg Bezzina u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mit-toroq taż-żona tan-Nigret. Inħeġġu lit-tfal tal-ewwel Tqarbina biex jieħdu sehem f’din il-purċissjoni.

Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennita tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu. Fis-6.00 p.m. issir quddiesa konċelebrata solenni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mix-Xarolla. It-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina għandhom jiġu għal din il-purċisjsoni. Inħeġġu lill-familji kollha tax-Xarolla biex iżejnu minn fejn tgħaddi l-purċissjoni u tkun ħaġa xierqa li ma jitħallewx karozzi pparkjati f’dawn it-toroq.

Navżaw li fl-Uffiċċju Parrokkjali hemm ir-ritratti ta’ Jum l-Omm. Infakkru li għad fadal ħafna ritratti x’jinġabru tal-Festa Familja li saret f’Diċembru li għadda. Dawn ir-ritratti wieħed jista’ jiġborhom waqt il-ħin ta’ l-Uffiċċju.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Ġużeppa Polidano u Ninu d’Alfonso. Agħtihom...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)