Il-Mitt Tqarbina

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Ġunju l-parroċċa tagħna ser tiċċelebra l-Ewwel Tqarbina lil numru sabiħ ħafna ta’ subien u bniet.  Din il-ġurnata għandha tkun waħda ta’ ferħ u grazzja kbira l-ewwelnett għat-tfal infushom, it-tieninett għall-famiji tagħhom u l-aħħarnett għall-parroċċa kollha.  Kif ħeġġiġna l-Arċipriet fl-Avviżi, ikun tajjeb ħafna li nitolbu kemm għat-tfal li ser jieħdu lil Ġesu għall-ewwel darba, kif ukoll għall-famiji tagħhom.

 

Issa niġu għas-suġġett ġdid tal-Forum.  L-ewwel tqarbina u t-tieni u forsi anki il-ħamsin tqarbina li wiehed jirċievi matul ħajtu, tkun magħmulha kollha entużjażmu u ħeġġa.  Iżda sfortunatament ħafna Insara wara dan l-entuzjazmu tal-bidu jispiccaw lanqas jimpurtahom minn dan is-sagrament.

 

Nixtiequ li tikkumentaw fuq dan is-sagrament: l-importanza jew in-nuqqas ta’ importanza tiegħu għalik; xi jdejjaqkom fl-amministrazzjoni ta’ dan is-sagrament fil-parroċċa tagħna; xi wħud jabbonaw dan is-sagrament ma’ sagrament ieħor – il-Qrar, int x’taħseb dwar dan; fil-parroċċa tagħna moqdijin sew biex kulħadd ikollu aċċess għal dan is-sagrament hekk importanti?  Inħalli f’idejkom biex tagħtu l-opinjoni sinċiera tagħkom fuq dan is-sagrament tal-Ewkaristija.

 

Bħalma għamilna drabi oħra, ser inġibu siltiet mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika biex iservu ta’ spunt minn fejn tibda d-diskusjoni tagħkom.  Inħajjrukom ħafna tieħdu sehem fil-Forum tal-parroċċa tagħna.

 

L-Ewkaristija hi l-qalba u l-qofol tal-ħajja tal-Knisja... (Par. 1407)

 

Min irid jirċievi ‘l Kristu fit-Tqarbin irid ikun fil-grazzja ta’ Alla.  (Par. 1415)

 

It-Tqarbina...tgħaqqad aktar ma’Kristu lil min jitqarben... (Par. 1416)

 

Il-Knisja tirrakomanda bil-qawwa lill-insara biex jitqarbnu mill-inqas kull darba li jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija; iżda tobbligahom biss li jitqarbnu darba fis-sena. (Par. 1417)


L-Arċipriet (not verified) | Tue, 21/07/2009 - 09:41

NIskuża ruħi li domt ma weġibt għall-mistoqsija: Meta għandi nitqarben u meta ma nistax nitqarben u xi tfisser tkun fil-grazzja t'Alla. Tajjeb li nżommu f'moħħna dak li dejjem tgħallem il-Knisja li d-dnub tagħna jaffettwa lil kulħadd u dan għaliex permezz tal-Magħmudija aħna sirna nagħmlu parti 'ta veru' fil-familja t'Alla. Għalhekk ngħidu aħna, meta fil-familja jkun hemm xi inkwiet, xi problema, xi mewt eċċ, il-familja kollha titnikket. L-istess meta jkun hemm xi esperjenza ta' ferħ bħal ngħidu aħna xi suċċess, xi anniversarju ta' ferħ, il-familja kollha tifraħ. Għalhekk, għax aħna il-familja t'Alla bil-magħmudija, id-dnub personali jaffettwa lil kulħadd. Id-dnub tiegħi u tiegħek jaffettwa lil kulħadd u dan għaliex aħna, barra li aħna il-familja t'Alla aħna wkoll nagħmlu parti mill-Ġisem ta' Kristu. San Pawl għandu tagħlima sabieħa ħafna fuq il-Ġisem ta' Kristu meta jgħid aħna l-Ġisem ta' Kristu u kull wieħed minn membri tiegħu. Xi tfisser tkun fil-grazzja t'Alla? Tkun fil-grazzja t'Alla tfisser il-ħajja li Alla jagħti lilna. Il-ħajja li jagħti Alla lilna hi l-istess ħajja tiegħu. Biex nagħtu eżempju li jista' ma jkunx eżatt huwa tat-tarbija li tkun fil-guf ta' l-omm. It-tarbija qed tgħix għax qed tieħu mill-istess ħajja ta' l-omm. Issa il-kuntrarju ta' dan huwa li jiena ma nkunx fil-grazzja t'Alla meta nagħżel id-dnub, meta niddeċiedi li nwebbes rasi u nagħmel dak li hu ħażin. Parti oħra interessanti ta' dil-mistoqsija hija: meta nista nitqarben? Jekk inti għandek dnub żgħir, dak li aħna nsejħlulu dnub venjal, inti tista' titqarben. Ikun biżżejjed li tagħmel l-ilma mbierek b'sinjal ta' ndiema biex dan id-dnub jinħafer. Imma inti għandek dnub kbir, dak li aħna nsejħulu dnub mejjet, inti għandek tqerr qabel ma titqarben. Forsi bħalissa hawn min jgħid: Imma kif inkun naf jekk għandix dnub kbir jew dnub żgħir? Ovvju li ma nistax nagħti tweġiba mill-web site. Għalhekk nissuġġerixxi il-qrar regolari; nissuġġerixxi il-qari tal-Kelma t'Alla li tmexxina u ddawwalna; nissuġerixxi t-talb lil Alla ħalli jdawwal il-kuxjenza tagħna biex allura nagħrfu dak li Alla jrid minnha. Nawgura lil din il-persuna li jkollha ħafna paċi u ferħ f'ħajjitha.
»

Anonymous (not verified) | Mon, 29/06/2009 - 14:35

Jiena meta nitqarben inhoss lil Ġesu' jagħtini ħafna kuraġġ bil-preżenza tiegħu fija. Li nixtieq nistaqsi hu meta wieħed jista' u meta ma jistax jitqarben għax xi kultant niġi fid-dubju. Xi tfisser "tkun fil-grazzja ta' Alla" li ma jkollok ebda dnub u allura trid tqerr kull darba li tkun ser titqarben?
»

Post new comment

The content of this field is kept private and will not be shown publicly.

More information about formatting options

CAPTCHA
This question is for testing whether you are a human visitor and to prevent automated spam submissions.
            .d88888b.   888       8888888888P 
d88P" "Y88b 888 d88P
888 888 888 d88P
.d88888 888 888 88888b. d88P
d88" 888 888 888 888 "88b d88P
888 888 888 Y8b 888 888 888 d88P
Y88b 888 Y88b.Y8b88P 888 888 d88P
"Y88888 "Y888888" 888 888 d8888888888
888 Y8b
888
888
Enter the code depicted in ASCII art style.
« March 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234567
891011121314
15161718192021
22232425262728
293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)