Solennita ta' Għid il-Ħamsin

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

30/31 ta’ Mejju 2009

 

Fl-okkazjoni ta’ Jum iż-Żurrieq għada l-Ħadd se ssir attivita’ soċjali għall-familja kollha imtellgħa mill-Kunsill Lokali. Din l-attivita’ se ssir fi Triq l-Arċipriet Emanuel Mifsud ġewwa Bubaqra u tibda fid-9.00 a.m. u tispiċċa fis-1.00 p.m. It-Tnejn fid-9.00 a.m. issir quddiesa fil-knisja parrokkjali bis-sehem tat-tfal.

Għada it-Tnejn se ssir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.30 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.

Nhar il-Ħadd li ġej niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina lil madwar 100 tifel u tifla mill-parroċċa tagħna. Għal din l-okkazzjoni tqassam programm ta’ laqgħat u attivitajiet bi tħejjija għal dan il-jum importanti fil-ħajja tal-familja u tal-parroċċa. Il-ġenituri tat-tfal għandhom jimxu skond kif hemm fil-programm. Minħabba l-Ewwel Tqarbina se jkun hemm bdil fil-ħin tal-quddies nhar il-Ħadd kif se ngħidu: il-quddiesa tat-8.15 tkun fit-8.00 u l-quddiesa tal-11.00 tkun fil-11.30. filwaqt li l-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tkun fis-7.00. Inħeġġu biex matul din il-ġimgħa nitolbu ħafna għal dawn it-tfal u għall-familji tagħhom.

Nhar l-Erbgħa 3 ta’Ġunju se ssir laqgħa marjana fil-knisja ta’ Bubaqra organiżżata mit-Terzjarji Karmelitani. Din il-laqgħa tibda fis-6.30 p.m. bir-rużarju minn ħdejn l-istatwa ta’ Santa Marija u wara mixja sal-knisja ta’ Bubaqra fejn issir il-quddiesa. Minħabba din il-laqgħa, il-laqgħa ta’ talb organiżżata mill-Grupp Karismatiku se ssir nhar l-Erbgħa 10 ta’ Ġunju.

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju għal dawk mill-parroċċa tagħna li mietu matul ix-xahar ta’ Mejju. Infakkru li l-quddiesa tkun fis-6.30 p.m.

Nhar il-Ħamis ukoll se ssir adorazzjoni u talb għall-vokazżjonijiet sacerotali u reliġjuzi fis-Seminarju. L-adorazzjoni tagħlaq fis-6.30 p.m. bil-quddiesa u bis-sehem tas-seminaristi. Infakkru li mill-parroċċa tagħna jkollna transport li jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m.

Nhar is-Sibt se jkollna saċerdoti barranin għall-qrar bejn id-9.00  u l-11.00 a.m. u mill-4.30 p.m. sas-6.00 p.m..

Nhar il-Ħadd il-fratellanza tas-S.S. Sagrament se tmexxi siegħa adorazzjoni fid-9.15 a.m. fil-kappella ta’ San Ġakbu. Il-fratelli għandhom jattednu għal din l-adorazzjoni.

Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura, se torganiżża ħarga sa Zammit Nurseries, nhar l-Erbgha 17 ta' Gunju 2009. Inkunu lura qabel joħorġu t-tfal mill-iskola. Aktar dettalji fin-"notice board".

Navżaw li mil-lum il-quddiem it-tfal mhux se jingħataw aktar worksheets fil-liturġija tat-tfal. Dawn il-worksheets wieħed ikun jista’ jniżżilhom mill-website tal-parroċċa : zurrieqparish.org fit-taqsima tat-tfal.

Nitolbu għal ħuna Anġlu Schembri li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...

 

 

 


« July 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)