L-Assemblea tat-Tfal : il-Ħamis 28 ta' Mejju 2009

Nhar il-Ħamis 28 ta' Mejju 2009 saret l-Assemblea tat-tfal tal-parroċċa taż-Żurrieq. L-iskop ta' din l-assemblea huwa biex nisimgħu l-opinjonijiet tat-tfal tagħna dwar diversi aspetti tal-ħajja tal-parroċċa, dwar il-ħajja tal-familja, dwar dak li jogħġobhom u dak li jdejjaqhom u x'jaħsbu li għandu jsir fiż-Żurrieq kemm fuq livell lokali u kemm fuq livell pastorali.

Bi pjaċir ngħidu li għalkemm din kienet  l-esperjenza ta' dan it-tip, it-tfal iddiskutew ħafna.

Il-programm kien hekk: fil-5.30 it-tfal inġabru fil-knisja għal ftit ħin ta' talb u wara li spjegajnielhom x'iridu jagħmlu, qsamnihom fi gruppi skond il-klassi ta' l-iskola. Wara dan, it-tfal marru fiċ-Ċentru Pastorali u ħadu sehem f'workshops fejn iddiskutew numru ta' mistoqsijiet.

Il-katekisti ħadu nota ta' dak li qalu t-tfal u dawn issa se jkunu diskussi iktar fil-fond biex aktar tard titwaqqaf il-KUmmissjoni Tfal tal-Parroċċa.

Dawn ir-ritratti juru t-tfal waqt li id-diskussjoni tagħhom.

AttachmentSize
Assemblea tat-tfal 001.jpg22.45 KB
Assemblea tat-tfal 002.jpg18.09 KB
Assemblea tat-tfal 003.jpg21.55 KB
Assemblea tat-tfal 004.jpg23.1 KB
Assemblea tat-tfal 005.jpg19.39 KB
Assemblea tat-tfal 006.jpg23.94 KB
Assemblea tat-tfal 007.jpg18.56 KB
Assemblea tat-tfal 008.jpg14.74 KB
Assemblea tat-tfal 009.jpg15.31 KB

« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)