Avviżi - 23/24 ta' Mejju 2009

Din il-ġimgħa spiċċajna il-programm tat-tberik. Nirringrazzjaw lil dawk il-familji kollha li laqgħu lis-saċerdot għandhom, talbu flimkien miegħu u qasmu miegħu l-esperjenzi tagħhom. Nifhmu li kien hemm xi familji li ma berkux u jixtiequ jbierku. Min jixtieq ibierek nitolbukom tagħmlu appuntament ma’ xi wieħed mis-saċerdoti tal-parroċċa. Infakkru li fuq id-djarju tal-parroċċa hemm in-numru tat-telefon tas-sacerdoti tagħna u tistgħu iċċemplu għall-appuntament tat-tberik.

Minn għada sa nhar il-Ġimgħa se jsir kors ta’ formazzjoni għas-saċerdoti kollha. Dan il-kors se jsir fis-Seminarju. Minħabba li aħna s-saċerdoti se nkunu għal dan il-kors, din il-ġimgħa mhux se jsir tqarbin tal-morda tas-soltu.

Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa oħra tal-Grupp tar-Romol. Il-laqgħa tkun fiċ-ċentru Pastorali fl-4.00 p.m.

Nhar l-Erbgħa niċċelebraw l-aħħar Erbgħa tal-Karmnu. Fis-6.00 p.m. jitkanta l-għasar, fis-6.30 quddiesa bil-priedka minn P. Richard Falzon u wara l-quddiesa ċelebrazzjoni marjana fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu, Te Deum u Barka Sagramentali.

Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra għall-grupp ta’ l-anzjani fid-9.00 a.m. Imexxi din il-laqgħa is-Sur Mario Zammit fuq is-suġġett: id-drittijiet tal-konsumatur.

Nhar il-Ġimgħa se ssir siegħa adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu. L-adorazzjoni tibda fis-7.00 p.m. u tkun immexxija mill-Grupp Mixja ta’ Fidi, l-Azzjoni Kattolika u t-Terzjarji Karmelitani.

Nhar il-Ġimgħa wkoll se ssir taħdita oħra għall-miżżewġin kollha tal-parroċċa. Se titkellem it-tabiba Anna Vella, President tal-Moviment ta’ Kana, fuq is-suġġett: Sfidi fiż-Żwieġ. It-taħdita se ssir fil-MUSEUM tal-bniet fis-7.30 p.m. Inħeġġu biex aktar miżżewġin jattendu għal dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni għalihom. Se jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

Nhar il-Ħadd 14 ta’ Ġunju huwa Jum il-Missier. Qed nistiednu lit-tfal kollha tal-parroċċa biex jiktbu ħames sentenzi fuq affarijiet sbieħ li huma jaraw fil-papa’ tagħhom. Dawn jinqraw dakinhar ta’ Fathers’ Day. It-tfal huma mistiedna biex jibgħatu din il-kitba fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Nitolbu għal Joseph Camilleri li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)