Kummisjoni Djakonija

Għan Prinċipali: Dan huwa li nkunu ta’ servizz għal oħrajn, speċjalment lejn dawk li huma f’xi tip ta’ bżonn.  Il-Kumissjoni tikkordina x-xogħol  li jsir mill-gruppi li jaqgħu fi ħdanha.  Bħalissa l-Gruppi li jaqgħu taħt din il-Kummissjoni huma: Il-Grupp tal-Anzjani; l-Azzjoni Kattolika Nisa (il-parti li taqa’ taħt l-Assistenza Soċjali); il-Grupp tal-Legion of Mary; il-Grupp HAND (Ħobb Agħti Naqra Demm); il-Grupp Persuni b’Diżabilita’; u l-Grupp tar-Romol.

Min jista' jattendi għal-laqħat: Jattendu membri li jippreżentaw il-Grupp minn fejn ikunu ġejjin.  Iżda hemm voluntiera oħra li huma lesti li joffru s-servizz tagħhom.

Meta niltaqgħu:  Darba fix-xahar pero’ m’hemmx data fissa.  Aħna flessibli, niltaqgħu skont il-bżonn.

Post tal-laqgħat:  Iċ-Ċentru Pastorali taż-Zurrieq.

Tip ta' attivitajiet li norganizzaw:  Counselling minn social worker u referral lil Aġenziji relevanti; Tqassim ta’ hampers u provizzjon ieħor mill EU (permezz ta’ dan insiru nafu aktar familji li huma fil-bżonn); Attivitajiet varji għal familji, ġenituri u persuni bi bżonnijiet speċjali; Party tal-Milied u BBQ fis-Sajf għal familji b’persuni bi bżonnijiet speċjali; żewġ ħarġiet matul is-sena għal familji li għandhom social problems; Qed jiġu organizzati laqgħat għal voluntiera rigward it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja u attivitajietoħra li jidhru fil-Pjan Pastorali għat-tliet snin li ġejjin.

Lil min tikkuntattja biex tissieħeb u għal aktar informazzjoni:

Mary Cachia – Tel. No: 21649924; email: marca@onvol.net

Ċettina Żahra – Tel. No: 21647549


« July 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)