Tagħrif Ġenerali

Il-Parroċċa taż-Żurrieq Iż-Żurrieq hu waħda mill-għaxar parroċċi li kienu ġa jeżistu fl-1436. Il-knisja Parrokkjali hija iddedikata lil Santa Katarina V.M. minn Lixandra. Din inbniet bejn l-1634 u l-1659 fuq disinn ta’ Matteolo Saliba u ġiet konsagrata mill-Isqof Alpheran de Bussan fl-1731. Il-Parroċċa llum għandha popolazzjoni li tlaħħaq kważi l-10,000 ruħ, fi 3,678 familja. L-Arċipriet huwa Dun Charles Attard, fil-waqt li l-viċi huwa Dun Raymond Cassar. Dun Glen Buhagiar, Dun Karm Busuttil, Dun Nazzareno Tonna u d-djaknu Dun Luke Seguna isservu f’din il-Parroċċa.

 

Il-Parroċċa għandha wkoll numru ta’ Knejjes Filjali. Knisja ta’ Santa Marija – Bubaqra, Knisja tal-Kunċizzjoni fin-Nigret, Knisja ta’ San Ġakbu, Knisja ta’ San Bartilmew, Knisja ta’ San Ljun f’Bubaqra, Knisja ta’ Sant’Agata, Knisja ta’ San Andrija, Knisja ta’ San Luqa, Knisja ta’ San Ġwann Evanġelista, u l-Knisja tal-Lunzjata f’Ħal Millieri, magħrufa għall-affreski medjevali tagħha. L-iktar knisja reċenti hija dik ġewwa l-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far. Il-Parroċċa hija mżejjna b’ numru sabiħ ta’ gruppi, għaqdiet u movimenti. Dawn huma kollha rappreżentati fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali, l-organu responsabbli mill-Pastorali fil-Parroċċa. Għal dan il-għan, ġew imwaqqfa numru ta’ kumissjonijiet li jiffokaw fuq oqsma partikolari tal-pastorali. Il-ħidma fil-Parroċċa hija bbażżata fuq pjan ta’ tliet snin, li jimxi id f’id mal-pjan tad-djoċesi. (tista’ tara dan il-pjan fis-sezzjoni Pjan Parrokkjali)

 

Mat-tiġdid tal-Website, il-Parroċċa, issa għandha ukoll logo ġdid, li jidher fuq nett ta’ din il-website. Dan il-logo sempliċi għandu dawn it-tifsiriet:

· Il-knisja hija simbolu tal-Parroċċa tagħna għax hija l-qoxra (saqaf) li taħtha jinġabru l-membri kollha tal-kommunita’.

· Huwa logo magħmul minn linja waħda biss - għax il-kommunita’ hija waħda biss, il-linja iżda teħxien u tidjieq - dan jirrapreżenta id-diversita' fi ħdan l-istess kommunita.

· Il-linja fiha bidu u tmiem, għax il-parroċċa bdiet f'mument u għad trid tintemm.

· Pero' il-logo ma jingħalaqx u għandu truf miftuħa, għax hija kommunita li hija miftuħa ghal-kulħadd mingħajr ebda diskriminazzjoni.


« July 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)