Is-sess barra ż-żwieġ

L-ewwelnett nixtieq ngħid grazzi u prosit lil dawk li għoġobhom jieħdu sehem fil-forum billi taw l-opinjoni u s-suġġeriment tagħhom. Niżgurakom li l-mexxeja pastorali tal-paroċċa tagħna ser jaqraw dak kollu li jidher fil-website tagħna u anki ‘l quddiem iwieġbu għal dak kollu li ktibtu. Niżgurakom ukoll li kull suġġeriment huwa apprezzat ħafna. Dan huwa dak li jżomm din il-website ħajja u friska.

Issa nixtieq li npoġġi quddiemkom suġġett ieħor biex fuqu tkunu tistgħu tagħtu l-opinjoni tagħkom. Din id-darba għażilt suġġett li naħseb ser ikun ta’ interess ħafna għaż-żghażagħ, għalkemm nixtieq ħafna li anki nies adulti u anzjani juru x’jaħsbu.

Is-suġġett huwa Is-sess barra ż-żwieġ. Huwa suġġett vast ħafna iżda topiku u li jolqot ħafna opinjinijiet li ta’ kuljum niltaqgħu magħhom fis-soċjeta’ preżenti Maltija. Bħalma għamilt l-aħħar darba, ser inġibilkom x’jgħid Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika (Arċidjosi ta’ Malta – 1993) fuq dan is-suġġett. Dan ngħamlu biex iservi ta’ bidu għad-diskusjoni.

“Ħafna llum qed jitolbu speċi ta’ dritt ta’ prova meta jkun hemm ġa l-ħsieb li jiżżewġu. Huma kemm huma sodi fil-fehma tagħhom li ‘l quddiem jiżżewġu, dawk li jkollhom bejniethom relazzjonijiet sesswali qabel iż-żwieġ, ma jkunux b’hekk jiżguraw sinċerita’ u fedelta’ fir-relazzjoni personali tagħhom bħala raġel u mara, speċjalment ma jkunux iħarsu din ir-relazzjoni mill-kapriċċi u l-fantasiji. L-għaqda fil-ġisem m’hijiex moralment leġittima jekk mhux meta tkun twaqqfet komunita’ ta’ ħajja għal dejjem bejn raġel u mara. L-imħabba tal-bniedem ma tridx tkun “ippruvata”: titlob għoti sħiħ u definittiv ta’ zewġ peresuni lil xulxin.” Paragrafu 2391.


Anonymous (not verified) | Mon, 04/01/2010 - 20:43

Nixtieq iwigibni xi qassis fuq din il mistoqsija - ala jekk hemm commitment qawwi bejn 2 arajjes huwa hazin is sess qabel iz zwieg? Illum il gurnata sar anke ghalija bhala zghazugha iz zwieg m'ghadu garanzija ta xejn. Jista jkun li ddum biex ikollok xtaqsam mar ragel u ir ragel jhallik al xi raguni jew ohra u xorta tkun tghajt lilek innifsek lil xi hadd li ma aprezakx! Ihawwadni ukoll il kliem li hemm fl-1 ittra lil korintin - "jekk imad ma jifilhux jahkmu lilom infushom, halli jizzewgu; ahjar wiehed jizzewweg milli jinharaq bil-passjoni" - allura l-knisja tirriduci z-zwieg ghal milja tas sess biss?? Mistoqsija ohra - atti li huma relatati mas sess imma mumix l-att innifsu huwa hazin qabel iz zwieg u anke waqt iz zwieg?
»

L-Arcipriet Fr. Charles Attard (not verified) | Sat, 09/01/2010 - 19:39

Nibda li din il-mistoqsija fiha kontradizzjoni fil-bidu nett: Din it-tfajla żagħżugħa qed tgħid li lanqas iż-żwieġ m'hu garanzija! JIena ngħid li aħseb u ara kemm l-għerusija ma tagħti l-ebda garanzija. Għerusija bis-serjeta tfisser proċess ta' maturita' li tgħinek tibni lilek innifsek ħalli ssir taf il-partner tiegħek tant li meta jasal iż-żmien tant tkun trid tingħaqad miegħu għal dejjem.
 
Din it-tfajla qed tgħid hekk : Anke għalija iż-żwieġ m'għandu garanzija ta' xejn. Min iħobb TASSEW m'għandu bżonn l-ebda garanzija mingħand ħaddieħor. L-imħabba vera tfisser għotja totali tiegħek innifsek lil min tħobb. Jekk jiena nħobb imma nibża li inti xi darba jew oħra tista' taqlibhieli, din mhix imħabba, jew din hi imħabba bil-kundizzjoni. Għax  dan ifisser li jiena nħobbok bil-kundizzjoni li inti ma taqlibhilix.
 
Din it-tfajla qed issemmi biss is-sess. Is-sess huwa l-quċċata ta' mħabba vera. Naslu għall-ħajja sesswali wara ħajja ta' rispett, sagrifiċċju, tolleranza, ħniena, djalogu, impenn sod u valuri oħrajn.  Is-sess mifrud minn dawn il-valuri isir biss abbuż tal-koppja lejn xulxin.
 
Din it-tfajla semmiet  il-parir ta' San Pawl lil KOmunita ta' Korintu fejn semma iż-żwieġ bħala rimedju kontra l-ġibda tal-passjoni. Infakkar li dan hu biss parir lill-komunita fejn l-insara kienu jgħixu ħajja bla rażan. San Pawl qed jgħix li aħjar wieħed jingħaqad fiż-żwieġ u naturalment żwieg mibni fuq imħabba vera milli juża ġismu sempliċement għall-pjaċir. Żgur li San Pawl qatt ma kellu f'moħħu li jagħti parir li wieħed isib is-sodisfazzjoni fil-personali.
 
L-aħħar punt ta' din il-mistoqsija jekk atti relatati mas-sess imma mhux l-att fih innifsu: jekk hux ħażin jew le. Nifhem li tnejn li jkunu jinħabbu verament ikunu jridu tassew il-ġid ta' xulxin. Nifhem ukoll li koppja bħal din ma tridx tuza lill-partner bħala mezz tal-pjaċir. Għalhekk hu importanti ħafna dan li ġej:
a) parir mingħand saċerdot li kapaċi jagħti gwida u jgħin biex idawwal il-kuxjenza
b) ħafna talb biex il-Mulej jagħti d-dawl tiegħu
 
Lil din it-tfajla li qed tfittex id-dawl nawguralha li jkollha lil Mulej bħala ir-Ragħaj li jmexxiha 
»

Eugenio Cutajar (not verified) | Sun, 24/05/2009 - 11:43

L-Arċipriet iwieġeb għal xi diffiklutajiet li dehru f'xi kontribuzzjonijiet li dehru dan l-aħħar fil-Forum:

Qed nerġa nikteb biex nagħti ftit iktar dawl fuq is-suġġett ta' l-użu tal-kontraċettivi għax hemm diversi li xtaqu tweġiba. Mela it-tweġiba tiegħi f'isem il-KNisja hija din:

Irridu nagħmlu żewġ mistoqsijiet:

a) L-att kontraċettiv hu dejjem ħażin fih innifsu? Iva huwa dejjem FIH INNIFSU ħażin.

b) L-att kontraċettiv dejjem iġib miegħu ħtija ta' dnub mejjet? Le. Altru stajt tagħmel mod ieħor ( u allura kellek il-liberta' ta' l-għażla) u f'dan il-każ ikun hemm ħtija ta' dnub mejjet biċ-ċar. Altru għamilt hekk għax deherlek quddiem Alla li ma stajtx tagħmel mod ieħor bla ma tagħmel ħsara morali akbar (bħal ngħidu aħna tqala irresponsabbli jew theddida għall-għaqda u l-imħabba tal-koppja).

HUwa ferm importanti li l-kriterji li għandhom iwasslu koppja miżżewġa jekk ikollhomx tarbija jew le huma tlieta:

1. Il-Kelma t'Alla

2. It-talb lil Alla biex idawwalna ħalli ngħarfu r-rieda tiegħu.

3. Nitkellmu ma' min jista' jgħin biex indawwlu iktar il-kuxjenza tagħna. Lil din il-mara li stqarret li bħalissa qed tħoss għafsa ta' qalb għax tara nies qed jitqarrbnu u hi u żewġha ma jistgħux, nissuġġerilha li tkellem lil xi saċerdot li jkun jista' jifhem is-sitwazzjoni tagħhom u jgħinhom jifformaw il-kuxjenza tagħhom.

Fl-aħħarnett nirringrazzja lil din il-mara li kitbet fil-website tagħna. Indunajt li din il-koppja għandhom konflitt morali kbir. Mhux sew li jibqgħu jgħixu f'dan il-konflitt. Għalhekk nerġa nirrepeti: fittxu xi saċerdot li jkun jista' jmexxikom f'isem il-Knisja.

»

L-Arċipriet (not verified) | Thu, 07/05/2009 - 21:23

Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill-grupp tal-Forum li tana suġġett bħal dan għad-diskussjoni tagħna: is-sess qabel iż-żwieġ. Hu importanti ħafna kif nifhmu dan is-suġġett għaliex tista' tingħata l-impressjoni li ż-żwieġ jagħtik il-liċenzja biex isir kollox - u kultant tassew isir minn kollox. Irridu nħarsu lejn is-sesswalita, iktar milli lejn is-sess bħala rigal mingħand il-Ħallieq. HUwa rigal li għandna nieħdu ħsiebu. HUwa rigal li jeħtieġ li nużawh kif suppost. HUwa rigal li miegħu hemm marbut is-sens ta' sagrifiċċju u ċaħda. HUwa rigal mibni fuq ħafna responsabilta'. HUwa rigal fejn fih jinvolvi persuni u mhux oġġetti. Is-sess mhux xi karozza li xtrajt u li se tagħtiha 'trail run'. Kultant ħafna hekk jaħsbu. Dan hu mod irħis wisq ta' kif tħares lejn rigal hekk kbir. Iva, dan jitlob relazzjoni qawwija ma' Kristu li jagħtina l-għajnuna tiegħu.
»

Anonymous (not verified) | Thu, 21/05/2009 - 11:01

Naqbel li is sess irridu noqghodu attenti kif nuzawh kemm barra kif ukoll goz zwieg. Pero anki jien xtaqt insaqsi ghal liema raguni l kontracettivi mhumiex permessi fiz zwieg. Ghalfejn koppja li ghad ghandha d dar vojta trid bilfors tirriskja li iggib tarbija fid dinja jekk taf li fi ftit tax xhur wara din id dar ha tkun lesta biex tilqa tarbija? Huwa sewwa li iggib tarbija fid dinja meta ghal argument m ghandekx bibien id dar? Forsi isaqsuni mela l bibien jghamu daqshekk differenza? Jghamlu u kif ghax jekk ghandek tarbija trid ittijha l banju ha thallijha fix xitwa bil bieb miftuh berah? Ma nistghax nifhem ghalfejn il Knisja toggezzjona daqshekk u ma thallix lilna z zaghzagh mizzewwgin fil liberta li niddecidu ghalina nfusna meta huwa z zmien f waqtu li jkollna t tfal. Forsi jien jekk nistenna sena ohra inkun lehhaqt faddalt xi haga u nkun nistgha nitlaq mix xoghol biex nihu hsieb lit tarbija taghna. Jien u r ragel spiccajna mahniex qed nitqarbnu minhabba f hekk ghax skond il ligi tal Knisja dak huwa dnub. Inhoss ghafsa ta qalb veru kbira l Hadd meta nara lin nies jircievu lil Gesu u jien ma nistghax. Jekk jghogbok jien nixtieq risposta bhal dawk ta qabli li ghamlu l istess domanda. Grazzi
»

Pietro (not verified) | Tue, 02/02/2010 - 19:37

Min huwa sincier fi hsibijietu m'ghandhux ghalfejn jikrupla. Il-Knisja kattolika mhux ser tqieghed madmad li l-bniedem ma jkunx jifilhu. It-taghlim tal-Knisja huwa apposta biex il-bniedem jghix hajja tajba u felici fl-imhabba ta' Alla u tal-proxxmu. Allura jekk jiena nhobb lil xi hadd, dan ix-xi hadd ghandhu jkollu mhabba bizzejjed biex ma jgieghelx lill-parti l-ohra specjalment lit-tfajla biex taghmel dak li ma tixtieqx ghal dak il-mument fl-eghrusija. Dak ikun abbuz mit-tfajla kemm il darba jsehh anke jekk it-tnejn ikunu jixtiequ hekk. Barra t-talba li huwa tajjeb irid ikun hemm ukoll is-sagrificcju li jiena nastjeni milli jkolli x'naqsam mat-tfajla tieghi. Dawn is-sagrificcju ma jkunux ghalxejn anzi jsidu fl-imhabba bejn il-koppja. Facli titkellem imma veru difficli llum il-gurnata biex twettaq dak li qed nghidu. Ghax illum kollox huwa permissibbli. Il-libertinagg u l-affari li xejn mhu xejn (relattivizmu) kissru ghal kollox il-valuri li kellna u li whud minnha ghad ghandhom. Il-Knisja ma timponix li inti ma jkollokx x'taqsam mal-gharus/a tieghek, imma qed tghidlek - kemm ikunisbah li inti turi minn issa, li inti lest tghamel sagrificcju ghal min verament thobb. Ir-relazzjoni sesswali hija ntiza biss ghal min ikun mizzewweg u peress li intom tkunu ghadkom gharajjes dan mhux permess, ikun moralment hazin u allura dnub mejjet kontra s-6 kmandament. Hemm zghazagh li lesti ghal kull sagrificcju u dawn huma ta' min jammirahom. Hemm ohrajn li la tlaqna tlaqna u hallina ha nwahhlu fil-Knisja li hija antikwata, li ma thallinix naghmel li rrid, min hi dil-knisja li trid timponili x'naghmel u ma naghmilx. Imma jekk thobb verament trid tistenna, it-tnejn li intom.
»

Perla (not verified) | Wed, 29/04/2009 - 17:15

Jekk tmur tixtri minghand tal-haxix u tghazel l-isbah tuffieha ma nahsibx li tista tigdima u thalliha hemm minghajr ma tixtriha? Ghalfejn? Ghax ma tkunx hallast ghaliha u ghadha mhix tieghek. M'Hemmx Commitment. Warajk hadd mhu ha jixtri tuffieha migduma tkun sabiha kemm tkun. Nahseb kulhadd jaqbel li illum it-tentazzjonijiet huma kbar, fuq il-post tax-xoghol, fit-triq, fil-hwienet, televizjoni, kotba, internet ecc. Tahsbu li hija facli li ragel/mara mizewweg/a jibqu fidil/a lejn xulxin? Tahsbu li hija facli li il-qassisin jew sorrijiet jghixu il-vot tal-kastita? Tahsbu li hija facli ghal-gharajjes illum li jghamlulek xi 10 snin gherusija u jridu jastjenu mis-sess? Le mhix facli ghal hadd. Il-bniedem hu dghajjef u l-uniku soluzzjoni hi it-talb. L-gharajjes ghandhom vantagg ghax jistghu jghinu lill xulxin. Is-sess huwa sabih f'hinu u f'waqtu. Is-socjeta tal-llum tghidilna li dan it-taghlim tal-knisja huwa antikwat. Qed nghidu iva ghal kollox. Kollox huwa accetabli u x'hinu ir-rizultat ta dan is-sess sfrenat, - mard,familji mkissra, single mothers, trabi barra z-zwieg, u l-problemi socjali dejjem jikbru. SOCJETA MARIDA Relazzjoni mibnija fuq is-sess tispicca malajr. X'se jigri meta il-quddiem ikun hemm xi mard jew kondizzjoni li ma jistax isir sess - ha nfittxu xi mkien eihor fejn ninqdew? L-gherusija ghanda tinbena fuq Imhabba Sinciera, Rispett lejn xulxin u Djalogu kontinwu.
»

? (not verified) | Wed, 29/04/2009 - 12:19

nixtieq nistaqsi mistoqsija. ghalfejn il knisja ma tippermettix l uzu tal kontracettivi fiz zwieg?
»

Fiorella Mifsud Saydon LLD (not verified) | Thu, 28/05/2009 - 16:54

Il-knisja ma tippermettix l-uzu tal-kontracettivi minhabba l-fatt li z-zwieg ghandu jkun miftuh ghall-hajja. Ma ninsewx li wiehed mill-ghanijiet taz-zwieg, apparti l-imhabba u r-rispett bejn il-mizzewgin, hija l-prokreazzjoni u l-edukazzjoni tat-tfal.
»

Anonymous (not verified) | Mon, 18/05/2009 - 20:41

Nixtieq anka jien nsir naf raguni ghala condoms mhumiex permessi fiz-zwieg ghax jekk mhux sejjer zball anka fil-korsijiet ta' kana jghallmuk rigward safe period u hekk. Jien persuna religjuza hafna pero ghadni ma nistax nifhem dan il-kuncett ezatt.
»

Gakki (not verified) | Tue, 28/04/2009 - 11:54

il-knisja ghadha tal- fehma li sess ghandu isir biss biex jigu konceputi it-tfal?
»

Fiorella Mifsud Saydon LLD (not verified) | Thu, 28/05/2009 - 17:04

Numru ta' snin ilu, l-ghan ewlieni taz-zwieg, kien li jkollok it-tfal (il-prokreazzjoni). Wara l-Koncilju Vatikan II, kien hawn nifs gdid fejn giet moghtija iktar importanza l-imhabba bejn il-mizzewgin u li s-sess bejn il-mizzewgin ma jsirx BISS ghat-tfal, imma biex l-imhabba ta' ragel u mara tilhaq il-milja taghha u, kif qal Gesu', isiru gisem wiehed. Ghalhekk, il-Knisja ma tghidx li s-sess ghandu jsir biss biex jigu konceputi t-tfal, pero', is-sess ghandu jkun miftuh ghall-ulied, li tfisser li l-koppja m'ghandhomx juzaw kontracettivi.
»

Post new comment

The content of this field is kept private and will not be shown publicly.

More information about formatting options

CAPTCHA
This question is for testing whether you are a human visitor and to prevent automated spam submissions.
            .d8888b.                      
d88P Y88b
888 888
.d8888b Y88b. d888 888 888 .d8888b
d88P" "Y888P888 888 888 d88P"
888 888 888 888 888
Y88b. Y88b d88P Y88b 888 Y88b.
"Y8888P "Y8888P" "Y88888 "Y8888P
888
Y8b d88P
"Y88P"
Enter the code depicted in ASCII art style.
« March 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234567
891011121314
15161718192021
22232425262728
293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)