Abbatini

Għan tal-Grupp: Li nagħtu servizz fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. 

Li nagħtu formazzjoni sħiħa lill-membri biex ikomplu jikbru f’lajċi impenjati fi ħdan il-Knisja.

Min jista' jattendi għal-laqħat: Subien li għamlu l-ewwel Tqarbina

Meta niltaqgħu:  Is-Sibt fid-9.00 am.

Post tal-laqgħat:  L-Oratorju.

Tip ta' attivitajiet li norganizzaw:  Barra s-servizz li hu l-attivita' essenzzjali tal-grupp, u l-laqgħat li jsostnu dan il-għan u jgħin fil-mixja formattiva tal-membri, jkollna ukoll mumenti ta' rikreazzjoni fosthom hikes, live-ins, futbol u ħarġiet.

Lil min tikkuntattja biex tissieħeb:  Daniel Darmanin

L-Abbatini tal-Parroċċa

 

Introduzzjoni

Il-grupp tal-Abbatini huwa probbali l-iktar grupp antik fil-Parroċċa.  L-istorja tal-grupp tmur lura qabel il-Konċilju u probabli bħalma kien fil-bqija tad-dinja sa’ mill-bidu tal-Parroċċa.  L-Għan prinċipali dejjem kien li tingħata għajnuna waqt iċ-ċelebrazzjonijiet – is-servizz.  Madanakollu ftit teżisti informazzjoni miktuba dwar dan il-grupp.  Il-maġġoranza tinsab fit-tifkiriet ta’dawk li xi darba kienu abbatini, u li jibqgħu jgħożżu din l-esperjenza għall-ħajjithom kollha. 

Illum il-grupp żviluppa, madankollu l-għan prinċipali baqa’ l-istess, dak li jingħata servizz.  Is-servizz jistrieħ fuq żewġ aspetti fundamentali fl-iżvilupp ta’ kull abbati – il-formazzjoni u r-rikreazzjoni. 

 

Il-grupp huwa magħmul minn tfal u żgħażagħ ta’ bejn is-7 u l-14 –il sena.  Il-grupp fih madwar 25 membru attiv, u huwa mmexxi mid-direttur li huwa Daniel Darmanin.  Fr. Glen Buhagiar huwa d-direttur spiritwali fil-waqt li Jean Paul Zerafa jgħin fit-tmexxija u l-organizzazjoni tal-grupp.  Id-deċiżżjonijiet dwar it-tmexxija tal-grupp jittieħdu waqt il-laqgħat tal-kumitat li jiltaqa’ darba fix-xahar u li fih hemm rappreżentanti tal-ġenituri u tal-abbatini.  Il-kumitat jieħu ħsieb jippjana l-attivitajiet għal-matul is-sena imdawwla mill-viżjoni tal-Grupp.

 

Il-libsa

L-ilbies tal-Abbati huwa suttana ta’ kulur iswed, u fuqha spellizza bajda.  Is-suttana hija libsa twila sewda u tintlibes minn taħt.  

L-ispelizza li tintlibes fuqha, għandha forma ta’ tunika u tasal sa ftit ‘il fuq mill-irkobba, bil-kmiem kemmxejn wisgħin.  Din il-libsa bajda tfakkarna f’dik il-libsa bajda li l-ġenituri tagħna libsuna fil-magħmudija.  Għalhekk tfakkarna li Alla għażilna bħalha wliedu. 

 

SERVIZZ

Is-SERVIZZ jikonsisti f’qadi tal-kommunita’ waqt il-liturgija, permezz ta’ assistenza liċ-Ċelebrant u dawk kollha li jkunu qed jieħdu sehem.  Għalhekk insibu l-Abbati jġorr u jnewwel dak li jkun hemm bżonn bħal Kotba, ilma mbierek, inċens u affarijiet oħra.  Insibuh ukoll jagħmel affarijiet simboliċi bħalma huma li jinċensa lis-saċerdot jew l-assemblea, jew li jimxi f’purċissjoni wara s-Salib.

 

Għas-servizz, l-abbatini huma mqassmin b’roster biex kemm jista’ jkun dejjem ikun hemm xi abbati, jgħin waqt xi quddiesa.

 

FORMAZZJONI

Il-parroċċa taħdem biex tgħinu fl-iżvilupp uman ta’ dawk li jkunu qed jagħtu servizz lill-kommunita’.  Dan iwassal biex is-servizz li jingħata ikun aktar sħiħ u apprezzat.  Tingħata għalhekk formazzjoni li hija kemm spiritwali u kif ukoll umana.  L-abbatini jinbnew kemm fil-Kelma ta’ Alla u l-katekiżmu tal-knisja, u kif ukoll jitgħallmu jaħdmu f’team, b’mod dixxiplinatu jaħsbu b’mod kreattiv.  Huma jkollhom ukoll esperjenzi ta’ leadership, u time management.  Dan kollu jsir b’mod speċjali fil-laqgħat b’mod formali, imma nippruvaw li jsir ukoll b’mod informali fil-ħinijiet kollha li l-membri tal-grupp ikunu flimkien.

 

Laqgħat

Il-laqgħat isiru is-sibt.  Fix-xitwa isiru wara nofsinhar, minbarra fl-ewwel Sibt tax-xahar meta l-laqgħa tkun fil-għodu.  Ħafna drabi fil-laqgħat il-grupp jinqasam bejn kbar u żgħar.  Is-suġġetti tal-laqgħat ivarja skont iż-żmien.  Ħafna drabi jkun hemm parti dwar l-Evanġelju tal-Ħadd.  Ġieli jkun hemm emfasi fuq team building jew rehearsal tas-servizz, speċjalment qabel il-festi. 

Fil-laqgħat tal-kbar, l-abbatini huma mistiedna jkollhom sehem akbar fit-tmexxija u r-responsabbilta’ tal-grupp.  Fil-fatt, ħafna mill-ideat ta’ attivitajiet li jsiru joħorġu hawn.  L-abbatini qed jiġu mrawwma ukoll fid-dixxerniment, għodda importanti ħafna biex jittieħdu deċiżjonijiet tajbin.

 

 

RIKREAZZJONI

L-abbatini mhumiex robots imma tfal u allura jeħtieġu li jistrieħu u jieħdu gost flimkien ma’ sħabhom.  Bħalha grupp nagħtu importanza kbira lir-rikreazzjoni u l-mistrieħ.  Fil-fatt nippruvaw noħolqu ħafna mumenti fejn l-abbatini jkollhom ċans jistrieħu u jieħdu gost f’ambjent b’ valuri pożitivi. 

 

 

 

 _______________________________________________________________________________________________________________________________

 

 

 

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)