Għan tal-Grupp: Biex koppji miżżewġa jgħixu ż-żwieġ b'saħħtu u kif iridu Alla u biex jissaħħu fil-fidi. Iċ-chaplain tagħna huwa Fr. Raymond Cassar.
Min jista' jattendi għal-laqħat: Koppji
Meta niltaqgħu: It-Tielet Ħamis tax-xahar fis-7.00pm
Post tal-laqgħat: Ġewwa l-knisja ta' Bubaqra.
Tip ta' attivitajiet li norganizzaw: Fir-Randan - Jgħin f'Ħadd il-Palm; Via Sagra jew tnejn fiż-żona ta' Bubaqra jew fil-Knisja; jgħin fil-funzjoni ta' Ħamis ix-Xirka u fit-8.00pm jagħmel siegħa adorazzjoni; jgħin fil-funzjoni tas-Salib li ssir fil-Ġimgħa l-kbira; jgħin fil-quddiesa tal-Vġili tal-Għid; f'Mejju u f'Ġunju jorganizza quddiesa b'differenza f'Jum l-Omm u f'Jum il-Missier; minn din is-sena fil-Milied bdejna norganizzaw pageant bit-tfal u janima in-Novena; matul is-sena jgħin fl-Adorazzjoni li ssir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar; jorganizza Party tal-Milied u BBQ fis-Sajf; noħorġu għal pizza flimkien; norganizzaw ma' gruppi tal-miżżewġin Zrieraq party tal-Bidu tas-Sena Ġdida u ieħor tal-Karnival; fuq bażi nazzjonali nattendu Annual General Meeting, laqgħat għal żmien ir-Randan, laqgħat ta' formazjoni, laqgħat għal żmien l-Avvent, u laqgħat tad-Distrett fi ħdan il-GRUFAN, laqgħa u party fejn jitqasmu l-Iskemi tal-Laqgħat, ħarġa għal Għawdex, BBQ u Festa Familja.
Lil min tikkuntattja biex tissieħeb: Angelo u Maria Schembri - Tel. No: 21680343

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 5 days ago
38 weeks 21 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 4 days ago