Messagg ta' l-Arcipriet - Alla ħalaq lapes

 

ALLA ĦALAQ LAPES

 

Fil-bidu, il-Ħallieq dar lejn il-lapes li kien għadu kemm ħalaq u qallu, ‘Hemm ħafna affarijiet  li trid tiftakar qabel nibgħatek fid-dinja... Ftakar dejjem fihom u ssir l-aħjar lapes li qatt ezista’.

 

( u dan il-lapes hu int u jien)

 

1.  Tista tagħmel ħafna affarijiet  kbar jekk terħi lilek innifsek f’idejn xi Ħadd.

2.  Xi kultant se tbati biex tħallihom jittemprawk, imma hekk hemm bżonn jekk trid issir lapes aħjar.

3.  dejjem hemm ċans li tħassar żball.

4.  jiġri x’jiġri ibqa’ ikteb. Ikteb dejjem u ċar u b’mod li jinqara, iebsa kemm tkun iebsa s-sitwazzjoni.

5.  l-essenzjal jinsab ġo fik.

6.  m’hemm lapes bħal ieħor. LI jikteb wieħed ma jiktbux l-ieħor.

7.  kull bniedem hu bħal-lapes: maħluq mill-Ħallieq għal missjoni unika u speċjali. Ħajjitna għandha skop. Għalhekk ħalaqna Alla: biex nagħmlu ħwejjeġ kbar.

8.  il-lapes fehem x’riedi l-Ħallieq u wiegħdu li jiftakar  dak li qallu. Issa kien lest li jibda l-missjoni li għaliha kien ġie maħluq.

 

Issa immaġina li int flok il-lapes: ftakar u qatt tinsa dak li ġie mitlub mil-lapes u ssir l-aħjar persuna li jista’ jkun hawn fid-dinja.

 

9.   Xi kultant se tgħaddi minn tbatijiet kbar imma dawn jgħinuk issir  bniedem iktar b’saħħtek.

10.             qatt tinsa li kull żball jista’ jitranġa, imqar billi titgħallem minnu.

11.             tista’ tagħmel ħwejjeġ kbar jekk tintelaq  f’idejn Alla. Ħalli lill-oħrajn iduqu       u jgawdu  d-doni li għandek.

12.             Ftakar li kull lapes Alla ħalqu biex jista’ jikteb kelma waħda: INĦOBBOK

 


« September 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
27282930

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)