Messagg ta' l-Arcipriet - Gallettini maħruqin

Għeżież tiegħi,

Din id-darba nixtieq ngħaddilkom din l-esperjenza sabiħa. Din hi esperjenza li tgħallimna li ħajja ħienja tinbena b'affarijiet żgħar imma li jagħmlu ħafna sens. Din l-esperjenza jisimgħa : Gallettini maħruqin

L-esperjenza tgħid hekk:

Meta kont għadni tifel, kultant, ommi kienet tħobb tgħamlilna l-gallettini fl-ikla ta' filgħaxija. Niftakar darba waħda filgħaxija għamlet ukoll dawn il-gallettini wara ġurnata twila u xogħol iebes. Kienet għajjiena mejta. Dik il-lejla ommi poġġiet quddiem missieri  platt zalzett, bajd kif ukoll...platt galettini maħruqin. Niftakar li qagħdt nistenna biex nara jekk hux kulħadd induna b'dawn il-gallettini. Imma niftakar li missieri, kulma għamel, kien newwel idu u ħa l-gallettini, tbissem lejn  ommi u staqsieni kif kienet il-ġurnata dakinhar.

Ma niftakarx x'għidtlu imma li niftakar żgur hu li missieri beda jdellek il-gallettini bil-butir u l-jelly ma' kull gidma li jieħu!

Meta sar il-ħin qomt minn fuq il-mejda u niftakar li smajt lil ommi tiskuża ruħha ma' missieri għall-gallettini maħruqin. Ma ninsa' qatt li smajtu jgħidilha:' Ħanini jien nħobbhom il-gallettini maħruqin'.

Qabel ma rqadt mort nagħti bewsa 'l missieri kif kont nagħmel is-soltu qabel ma mmur norqod u staqsejtu jekk hux veru li jħobb il-gallettini maħruqin. Niftakar li ħadni ġo jdejh u qalli, ' Illum ommok kellha ġurnata twila, u kienet għajjiena ħafna u barra minn hekk, gallettini maħruqin ma jagħmlu ħsara lil ħadd'.

Kos il-ħajja hi mimlija b'ħafna affarijiet imperfetti u b'ħafna nies imperfetti.

Meta għadda ż-żmien tgħallimt naċċetta d-difetti ta' l-oħrajn u għażilt li nibda niċċelebra  li d-differenzi ta' bejnietna hi waħda mill-iktar affarijiet importanti għal relazzjonijiet b'saħħithom, għal relazzjonijiet li jikbru u li ma jispiċċaw qatt. Dan nistgħu ngħiduh għal kull relazzjoni: kemm jekk bejn koppja miżżewġa, kemm jekk bejn l-aħwa bejniethom u kemm bejn il-ġenituri u l-ulied.

U t-talba tiegħi għalik li qed taqra' dan il-messaġġ hi li tkun kapaċi li tieħu s-sabiħ u l-ikrah tal-ħajja tiegħek u tpoġġihom f'riġeljn Ġesu... għaliex Hu jaċċettana kif aħna filwaqt li jixtieq li tinbidel... naturalment għall-aħjar biex inti tkun tixbaħ LILU.

Parir: tpoġġix iċ-ċavetta tal-ferħ tiegħek fil-but ta' ħaddieħor; iċ-ċavetta tal-ferħ żommha fil-but tiegħek.

Il-Mulej ibierkek... illum u dejjem

Dun Charles Attard

Arċipriet 


« July 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)